Il-European Broadcasting Unit flimkien mal-istazzjon nazzjonali ta’ Spanja ħabbru li l-Junior Eurovision ta’ din is-sena ser isir fi Spanja, aktar tard din is-sena.
Din se tkun l-ewwel darba li dan il-konkors ser isir fi Spanja, wara li s-sena li għaddiet kienet Franza illi rebħet dan il-festival. Iżda Franza irrifjutat li tospita l-ispattaklu ta’ dan is-sena; u huwa propju għalhekk li issa l-finali se tkun qed issir fi Spanja.
Din ser tkun it-22 edizzjoni tal-Junior Eurovision; konkors li huwa miftuħ għall-partecipanti kollha madwar l-Ewropa ta’ bejn tmienja u 15-il sena.
Is-sena li għadiet il-kantnana Yulan irrapreżentat lil pajjiżna fil-Junior Eurivision Song Contest bil-kanzunetta ‘Stronger’.
//= $special ?>