Il-Partit Nazzjonalista jemmen fil-bidwi Malti, fir-raħħal Malti, fis-sajjied Malti u fil-prodott Malti.
Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, meta attenda t-tieni protesta li organizzaw il-bdiewa u r-raħħala sabiex il-prodott Malti jkun rispettat.


Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żied jgħid ukoll li l-fondi tal-Gvern għandhom jintefuq biex il-konsumatur Malti jagħraf jixtri l-prodott Malti u mhux dak impurtat minn pajjiżi mhux Ewropej – prodotti li fuqhom mhux fost oħrajn qed jintuża fertilizant li ilu ma jintużax fil-pajjiżi Ewropej għal tal-inqas 30 sena.
Waqt din il-protesta li għaliha attendew xejn inqas minn 500 bidwi, Bernard Gech wiegħed li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed ikompli l-ħidma tiegħu biex ikun partit li jirrapreżenta lil bdiewa fl-Unjoni Ewropea.
