Lokali

Il-PN solidali mal-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin

Il-Partit Nazzjonalista jtenni l-qbil tiegħu mal-argumenti mressqa mill-bdiewa u r-raħħala ta’ pajjiżna, li llum qed jerġgħu jipprotestaw. Dan qalu x-Shadow Minister Toni Bezzina, fi stqarrija maħruġa dalgħodu.

L-istqarrija tgħid illi d-daqs żgħir tagħna, flimkien ma’ karatteristiċi oħrajn uniċi ta’ pajjiżna, ifissru li ma jagħmilx sens li pajjiżna jitpoġġa fl-istess kategoriji ta’ pajjiżi oħrajn, b’riżorsi u art ferm akbar minn tagħna. Kien għalhekk id-dover tal-Gvern Malti li jinnegozja kundizzjonijiet aħjar u ekwi għall-bdiewa Maltin u Għawdxin.

Minflok, il-Gvern għażel li jaqbel ma’ kollox u ma jġibx derogi, bir-riżultat li pajjiżna jsofri minn mentalità ta’ ‘one size fits all’ u nispiċċaw tinqatel l-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex.