Lokali

Illum issir it-tieni protesta mill-bdiewa

default

Illum wara nofsinhar, se ssir it-tieni protesta mill-bdiewa li qed ikompli jsemmgħu leħinhom b’saħħa biex jiddefendu x-xogħol tagħhom.

Ir-rally se jibda minn Ta’ Qali u jieħu rotta lejn il-bypass tal-Imrieħel, il-Marsa- Ħamrun bypass, Triq Aldo Moro, jgħaddi mill-Blata l-Bajda, u jispiċċa l-Furjana.

Il-bdiewa qed jgħidu li se jkunu qed iressqu proposti ċari lill-Gvern sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li qed iġibu magħhom il-liġijiet Ewropej.

Preżentament, il-bdiewa mhux qed jaqblu ma ċertu deċiżjonijiet li uħud iridu jieħdu fuq livell Ewropew fejn skont il-bdiewa dawn qed jheddu l-għixien tagħhom.

Tajjeb wieħed ifakkar li huwa dmir esklussivament tal-Ministru tal-Agrikoltura nnifsu, Anton Refalo, li jwassal il-messaġġ voċiferu tal-bdiewa u r-raħħala lokali fil-Kunsill tal-Ministri – messaġġ b’saħħtu sabiex il-prodott lokali ma jingħatax il-ġenb bir-riżultat illi dak barrani jingħata prijorità.