Każ traġiku fi Bristol, fl-Ingilterra fejn żagħżugħ ta’ 16-il sena tilef ħajtu wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina minn żewġ individwi li ħarbu minn fuq il-post bir-roti.
Il-Pulizija qalu li waqt l-attakk, li seħħ l-Erbgħa f’Rawnsley Park, l-aggressuri kienu b’wiċċhom mgħotti.
Intqal illi wara li ġie aggredit…iż-żagħżugħ ġera lejn it-triq fejn xufier li lemħu waqaf biex jgħinu. Minkejja r-rispons immedjat tal-ambulanza, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Pulizija ta’ Avon u Somerset għaddejjin b’investigazzjoni dwar dan il-qtil filwaqt li ddikjaraw li m’hemm l-ebda konnessjoni bejn dan l-attakk u inċidenti riċenti oħra li seħħew fil-belt.
//= $special ?>