Lokali Qorti

IS-SERQA TAL-ISPTARIJIET: Il-Qorti ma tridx li l-kawża titwal – il-Gvern jidħol parti mill-kawża

Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Toni Abela laqa’ t-talba tal-Gvern u tal-Kabinett biex jintervjenu fil-kawża li fetaħ il-Partit Nazzjonalista kontra l-Avukat tal-Istat dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet. Wara li kkwotat diversi deċiżjonijiet oħra li kienet tagħat il-Qorti fuq kawżi oħra, l-Imħallef Abela qal li se jagħti l-fakultà lill-Gvern biex ikun parti mill-kawża li trid tiġi deċiża bi speditezza.

Huwa għalhekk li l-Qorti se tkun qed tisma’ l-provi kollha fit-13 ta’ Marzu 2024 fl-10am. u se tkun disponibbli tisma’ lill-partijiet kollha u wara tiffissa data għad-deċiżjoni. Il-Partit Nazzjonalista ma xtaqx li l-Gvern ikun parti mill-kawża għax qal li l-gvern qed ikompli juri li ma jridx iġib lura l-€400 miljun li qal li ngħataw għalxejn lil Vitals u Steward. Fid-deċiżjoni tiegħu l-Imħallef qal li l-qorti trid tagħmel ġustizzja anke dawk li mhux parti fil-kawża.

Waqt li kkwota minn diversi każistika relatata mal-aċċettazzjoni ta’ parti fil-każ, l-Imħallef Toni Abela iddeċieda li peress li l-każ semma żewġ membri tal-kabinett – il-Prim ministru Robert Abela u l-eks Ministru tas-saħħa Chris Fearne. Ingħad mill-Qorti wkoll li l-kabinett kellu interess ġudizzjarju dirett fil-kawża.

Il-Partit Nazzjonalista kien oġġezzjona li l-gvern ikun parti minn din il-kawża għax qal li l-gvern kien qed ikompli juri li ma jridx iġib lura l-€400 miljun li qal li ngħataw għalxejn lil Vitals u Steward. Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech u d-deputat Delia kienu sostnew li b’għemilu l-Gvern qed jattakka lill-Partit Nazzjonalista talli ġab lura l-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. 

L-Avukat Edward Debono dejjem argumenta li mhux fuq il-poteri li għandu l-Gvern qed nitkellmu, imma d-doveri li għandu l-Avukat tal-Istat fejn il-Kostituzzjoni tgħid li jrid jaġixxi fil-funzjoni li tagħtih l-istess Kostituzjoni, dritt li jaġixxi fil-ġudizzju individwali tiegħu u taħt l-ebda kontroll ta’ persuna a jew xi awtorita, kif irid il-Gvern.

Debono qal li l-Avukat tal-Istat irid jaġixxi kontrra dawk il-qarrieqa li aġġixew konta l-poplu u l-istat. Hawn mhux il-Gvern huwa indizzjat, imma l-membri preżenti u passati li aġġixew dolożoment fil-konfront tal-Istat.

Il-PN akkuża lill-Gvern li fl-oġġezzjonijiet tiegħu għat-talbiet tal-Kabinett u l-Gvern qed jipprova jimpedixxi s-separazzjoni tas-setgħat biex jissieħeb fil-kawża tal-PN biex jiġu rkuprati is-somom kbar ta’ fondi ta’ kontribwenti mħallsa lil Vitals Global Healthcare u Steward Healthcare fl-isptarijiet frawdolenti. ftehim ta’ privatizzazzjoni.