Lokali Qorti

Jammetti qtil f’Ħal Qormi u attentat ta’ qtil f’Ta’Qali – Ftehim ta’ 35 sena ħabs bis-sentenza għal 5 ta’ Marzu

Elliot Paul Busuttil ta’ 39 sena, ammetta minflok għadda ġuri li qatel lil Mario Farrugia f’Ħal Qormi b’45 daqqa ta’ sikkina u attentat ta’ qtil Bulgaru f’Ta’Qali. Quddiem l-Imħallef Quddiem Consuelo Scerri Herrera d-difiża tiegħu mmexxija mill-Avukat Edward Gatt qal lill-Qorti li l-piena diskussa mal-Avukat Ġenerali u li kien hemm ftehom fuqja hi dik ta’ 35 sena, li skont il-partijiet hi waħda gusta.

Wara s-sottomissjonijiert minn naħa tal-partijiet, l-Imħallef Scerri Herrera qalet li se tagħti s-sentenza fil-5 ta’ Marzu li ġej. Għaldaqstant is-sentenza se tingħata fl-istess jum li se tingħata fil-konfront ta’ Jeremie Camilleri, li wkoll ammetta l-akkużi li qatel lil Pelin Kaya.

Elliot Paul Busuttil minn Ħ’Attard ammetta li qatel lil Mario Farrugia ta’ 62 sena f’Marzu tal-2022, bil-vittma jinstab mejjet fil-bagoll tal-karozza tal-vittma stess f’Ħal Qormi f’April ta’ l-istess sena. Huwa ammetta wkoll każ ta’ attentat ta’ Emil Vassilev Marinov, Bulgaru ta’ 57 sena li nstab f’Ta’ Qali mimdud mal-art f’għadira demm.

Li ġara kien li l-Bulgaru mar jiltaqa’ mal-akkużat u tah xeba’ b’sikkina tal-laħam fejn il-vittma qala’ 20 daqqa, liema inċident kien seħħ. Marinov Bulgaru, li joqgħod Birkirkara kien ġie aggredit fit-13 ta’ Awwissu 2020 għall-ħabta tal-11:00 p.m. Busuttil kien ġie akkużat ukoll li seraq ammont ta’ flus kontanti mingħand il-Bulgaru.

Mill-provi li ħarġu waqt il-kumpilazzjoni rigward il-qtil ta’ Farrugia, Busuttil kien inqabad mis-CCTV Cameras joħroġ mill-karozza fit-30 ta’ Marzu 2022 fis-6.10 am wara li waqaf fil-Wied ta’ Ħal Qormi bil-karozza ta’ Mario Farrugia, li kien jagħmilha ta’ xufier tat-taxi.

Kif ħareġ minnha inqabad bil-cameras jimsaħ idejh b’xugaman u mexa tul il-wied u rikeb f’karozza oħra. Il-persuna li niżlet mill-karozza kien liebes l-iswed u kellu maskra ta’ kontra l-COVID-19 li kienet qed tgħatti biss ħalqu.

Minn diversi call profiles li saru fuq il-mobile tal-vittma u ta’ Busuttil jirriżulta li dawn kienu jkunu ħafna flimkien sa minn ftit jiem qabel ma nqatel. Mario Farrugia inqatel minn 45 daqqa ta’ sikkina u li dan id-delitt seħħ fil-‘luggage boot’ tal-karozza tiegħu stess, bil-ħafna daqqiet isiru fuq in-naħa tal-lemin ta’ sidru.

“Meta jien niġi biex niddibatti piena bhal din jista’ jkun,li qed nispekula, li l-AĠ wkoll ikun kuntent li tiġi reġistrata ammissjoni. Il-Qorti għandha tara li ma kienx hemm ħela’ ta’ ħin u ta’ riżorsi. Ahna nafu li l-qrati tagħna għandhom ‘backlog’ minġabba xogħol li hemm b’lura.

“Min hu ġenwinament involut fil-qorti Kriminali jaf li kulħadd b’ilsienu fl-art biex ilaħħaq. Għalhekk l-eżercizzju tal-patteġġjament hu possibbli. Tenut kont dawn iċ-ċirkostanzi ma narax għaliex il-qorti għandha tirribatti mill-ftehim li għamilna”, qal l-Avukat Gatt.

L-Avukat mill-uffiċċjiu tal-AĠ Kevin Valletta qal li jemmen li l-piena li hi ġusta għas-soċjetà, għall-vittmi u l-imputat. Ammissjoni hi fi stadju bikri u ma morniex għall-ġuri. Qal li l-piena hi waħda serja, ħarxa u tirrifletti serjetà tar-reati tal-akkużat.

Jason Azzopardi, li deher bħala parte civile fil-każ tal- Bulgaru qal li l-klijent tiegħu għadu jbati minn diżabbilità permanenti. “Aħna naqblu ma’ dak li ġie maqbul bejn il-partijiet,” qal l-Avukat Azzopardi. Għaldaqstant l-Imħallef Scerri Herrera li skont il-liġi mhux marbuta li tilqa’ t-talba għal piena ta’ 35 sena ħabs, iddifferit il-każ għas-sentenza fil-5 ta’ Marzu li fid-9am.