Justin Schembri, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri qal fl-Aġġornament tal-parlament li fl-edukazzjoni m’hemmx l-inkużjoni neċessarja.
Justin Schembri tkellem dwar l-importanza tal-inklużjoni u qal li l-inklużjoni fl-edukazzjoni mhijiex taħdem. Dan qed isostnuh ukoll il-ġenituri, l-għalliema u l-Kummissarju dwar l-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman.
Żewġ ministri, il-Ministru Clifton Grima u l-Ministru Joe Etienne Abela huma responsabbli mill-inklużjoni iżda qed jipprovaw imeru l-verità.
Fil-fatt hawn 180 tifel u tifla li qed jistennew l-LSCs. Il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela ddikjara li ma jafx li hemm lista tiwla ta’ stennija fis-CDAU. Jirriżulta li l-lista ta’ stennija f’dan is-settur hi ta’ iktar minn 30 ġurnata minn meta ssir l-applikazzjoni.
Jeħtieġ li l-pajjiż jibda jitkellem fuq l-ekwità, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li hemm bżonn li ssir riforma biex tinħoloq l-ekwità fosthom fir-riforma fl-LSCs, ikun assigurat li dawn ikunu mgħallma biex jgħarrfu d-diffikutajiet i jiltaqgħu magħhom, isir studju favur l-inklużjoni u l-ekwità u ssir riforma fis-CDAU biex dawn jagħti s-servizzi fil-kulleġġi nnfushom.