Raġel ta’ 56 sena, residenti tas-Sliema inżamm arrestat wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia li fil-lejl tat-8 ta’ Jannar li għadda kkommetta serq ta’ scaffolding, minn Triq il-Lanċa, l-Belt- Valletta, għad-dannu tal-kumpanija Bonnici Brothers.
Desmond Joseph Agius li qal lill-Qorti li jaħdem għal rasu ġie mixli wkoll li permezz ta’ dan l-allegat reat huwa rrenda ruħu reċidiv. L-akkużat informa lill-Qorti li ma riedx avukat jidher għalih u ddeffenda lilu nniffsu.
L-Ispettur Gabriel Micallef qal li bħala parti mill-investigazzjoni l-Pulizija rat filmati minn CCTV u wara li ntgħaraf l-akkużat sar il-mandat ta’ arrest. Meta mistoqsi Agius ikkonferma li kien hu li biegħ li scaffolding
Spettur – scaffolding ittiehed fit-3 ta’ jannar. Rajna CCTV footage. Gharafna min hu. Ghamilna mandat t’arrest. Ikkonferma li kien hu u li biegħ li scaffolding għall-ħadid ġo scrapyard u li l-valur tiegħu kien ta’ 1,400 ewro.
Huwa għamel talba għall-ħelsien mill-arrest bil-prosekuzzjoni toġġezzjona bil-qawwa kollha minħabba li għad fadal xhieda pajżana biex jixhdu dwar dan il-każ u għalhekk hemm il-biża ta’ kontaminazzjoni tal-provi. Il-Maġistrat Farrugia ċaħad it-talba għall-pleġġ, bl-akkużat jinżamm arrestat.


