Ian Vassallo, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo qal fl-Aġġornament tal-Parlament li fis-settur mediku hemm nuqqasijiet kbar.
Ian Vassallo qal l-gvern tkellem kif se jġib is-saħħa għall-aħjar iżda s-sitwazzjoni hi ferjn differenti fejn hemm operazzjonijiet jitħassru fl-aħħar mumenti u listi twal ta’ stennija għal servizzi mediċi.
Dan qed iwassal biex il-pazjenti jiġu mċaħħda mid-dinjità fl-isptar. Il-gvern investa biss fiż-żieda fil-populazzjoni iżda ma nvestiex fis-settur tas-saħħa. Dan kien investiment bla prinċipju.
Hu semma’ m-nuqqas ta’ investiment fl-apparat meħtieġ tant li bħalissa hemm 16,000 persuna jistennew appuntat tal-MRI u 5,000 jistennew CT scan. Dawn huma Maltin muġugħa li qed jistennew dawn l-appuntamenti importanti. Fl-istess waqt ħafna operazzjonijiet ukoll qed jitħassru.
Is-sitwazzjoni bħalissa hi waħda li fiha hemm 400 persuna jistennew operazzjonijiet tal-katarretti, 180 persuna jistennew operazzjoni tal-ġenbejn u 163 persuna jistennew operazzjoni tal-irkoppa
Dawn in-nies qed ibatu propju għaliex il-gevrn m’għandux prijorità.
Minbarra dan hemm 1627 persuna jistennew sodda biex jidħlu fid-djar għall-anzjani u spartijiet. Hemm ukoll ammont ta’ nies jistennew trattament xieraq iżda hemm problema kbira ta’ mediċini li huma out of stock.
Jirriżulta li Malta hi minn tal-aħħar biex tapprova trattamenti mediċi iktar moderni u ta’ inqas tbatijiet fuq il-pazjenti. Malta hi t-tieni mill-aħħar fl-Ewropa li tapprova mediċini ġodda.
Problema oħra hi li llum hemm ukoll il-mediċini li minnhom ikun hemm numru limitat u għalhekk mhux kulħadd ikun jista’ jinqeda.
Ian Vassallo semma’ l-lista tal-operazzjonijiet posposti u qal li qed jitħassru operazzjonijiet fl-aħħar mumenti. Dawn l-operazzjoniiet qed jingħataw appuntamenti għal xhur wara propju minħabba nuqqasijiet anki fit-teatri tal-operazzjonijiet. Ċertu appuntamenti qed jingħataw għal xhur twal anki sa sena u nofs wara li jkunu posposti.
Is-sitwazzjoni fl-Ipstra Mater Dei hi waħda diffiċli fejn il-pazjenti qed jingħataw trattament fil-kurituri, sostna d-deputat Nazjzonalista, li qal li l-PN qed jippreżenta pjan fit-tul fis-settur mediku. Hu qal li l-gvern jibqa’ ma jwettaqx il-wegħda li jibni sptar ġdid għas-saħħa mentali waqt li ħalla abbandunati l-isptarijiet ta’ San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.