Futbol Sport

Rebħa komda għal Milan f’darhom… Roma u Feyenoord itemmu fi draw

(Ritratt: EPA)

F’San Siro rebħa komda ta’ 3-0 għal Milan fuq Rennes. Ir-Rossoneri fetħu l-iskor fit-32 minuta meta kien Alessandro Florenzi li żmarka lil Ruben Loftus Cheek b’dan tal-aħħar jixħet fix-xibka għal 1-0. L-istess plejer irdoppja fti-48 minuta din id-darba wara pass ta’ Simon Kjaer. Ħames minuti wara Milan prattikament għalqu l-partita meta kien Theo Hernandez li daħħal fl-azzjoni lil Rafael Leao, bil-Portugiż jikkonkludi fix-xibka għal skor finali ta’ 3-0.

Feyenoord u Roma temmew fi draw ta’ 1-1. Kienu l-Oiandiżi li marru fil-vantaġġ fi tmiem l-ewwel taqsima b’gowl ta’ Igor Paixao, qabel fis-67 minuta kien Romelu Lukaku, li minn inseriment ta’ Leandro Spinazzola, xeħet fix-xibka għal 1-1.

Draw ta’ 2-2 bejn Shaktar Donetsk u Marseille. Pierre Emerick Aubameyang fetaħ l-iskor għal Marseille fl-64 minuta biex sar l-aktar plejer li skorja fil-kompetizzjoni, total ta’ 30 gowl. Mykola Matvienko kiseb id-draw għall-Ukreni erba’ minuti wara, qabel Iliman Ndiaye ħaseb li rebbaħ il-partita lil Marseille fid-90 minuta. Iżda kien Eguinaldo li fit-93 minuta kiseb id-draw għal Shaktar Donetsk.

UEFA EUROPA LEAGUE

Illum: Feyenoord v Roma 1-1, Galatasary v S. Prague 3-2, S. Donetsk v Marseille 2-2, Y. Boys v Sporting 1-3, Milan v Rennes 3-0, Benfica v Tolouse 2-1, Lens v Freiburg 0-0, Braga v Qarabag 2-4

UEFA CONFERENCE LEAGUE

Illum: Molde v L.Warszawa 3-2, Olympiacos v Ferencvaros 1-0, S. Graz v S. Bratislava 4-1, U St. Gilloise v E. Frankfurt 2-2, Ajax v Bodo 2-2, M. Haifa v Gent 1-0, R. Betis v D. Zagreb 0-1, Servette v Ludogorets 0-0