Claudette Buttigieg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg spjegat fil-parlament kif il-PBS għandu strateġija organizzata ta’ diskriminazzjoni kontra l-PN.
Fl-Aġġornament tal-parlament Claudette Buttigieg qalet li l-PBS għandu jgħid il-verità u jwassalha lin-nies b’imparzjali iżda dan l-obbligu mhuwies qed jitwettaq.
Il-PN ilu ħafna jilmenta minn diskriminazzjoni fix-xandir pubbliku u f’dawn l-aħħar ġranet biss ressaq 10 ilmenti fuq sound on tapes. Dwar dan diġà hemm deċiżjoni mill-Awtorità tax-Xandir li qalet li l-PBS qed jonqos mill-obbligi tiegħu. L-Awtorità kienet anki wissiet lill-BS f’dan ir-rigward. It-twissja kienet saret lil Chairman Eżekuttiv Mark Sammut u lil Charles Dalli, li għandhom responsabbiltà sħiħa għat-tmexxija tal-PBS.
Il-PBS hu l-istazzjon tal-poplu mhux tal-gvern għaliex hu finanzjat mill-poplu u l-gvern għandu l-obbligu li jippreżenta l-informazzjoni bi trasparenza għax flus il-poplu għandhom jintefqu b’rettezza kbira.
Hi tkellmet fuq l-indipendenza editorjali li għandha tkun indipendenti mill-gvern u bla indħil politiku. Fil-maġġoranza tal-aħbarjiet, il-PBS ipoġġi fit-tieni parti tal-bulettin dak li tewttaq l-Oppożizzjoni u dejjem jibda bl-aħbarjiet tal-gvern.
Strateġija oħra hi li l-PBS kważi dejjem jieħu kumment mill-ministru li jkun indirizza l-konfernza tal-aħbarijiet iżda ma jieħux kumment mingħand deputat tal-Oppożizzjoni dwar l-istess suġġett.
Hi tkellmet dwar l-iskop tal-PBS u qalet li dan għandu jkun ta’ servizz għall-poplu fis-esns wiesa’ tal-kelma. Il-PBS suppost li hu sors ta’ informazzjoni, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li lanqas il-ġurnalisti ma jistgħu jaċċettaw li jkunu trattati b’dan il-mod għaliex għandhom ikunu trattati b’rispett. Il-ġurnalisti għandhom l-obbligu li jattiraw l-attenzjoni dwar din is-sitwazzjoni. Dan l-iskop propogandistiku favur il-gvern qed jiddaħħal ukoll fi pogrammi ta’ kultura u anki ta’ divertiment.
Hi staqset jekk hux veru li ċ-Chairman tal-PBS għandu l-iskop li jwaqqa l-ħajt tal-isudios tal-PBS biex is-sena d-dieħla tiddaħħal udjenza għall-Eurovision. Din hi binja skdata li ma tistax tintmiss b’dak il-mod, sostniet id-deputat Nazzjonalista.