Żagħżugħ ta’ 16-il sena u joqgħod Santa Venera sofra min ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza għall-ħabta tat-8 am fi Triq Kordin, Raħal Ġdid.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ż-żagħżugħ intlaqat minn karozza misjuqa minn mara ta’ 60 sena residenti Bormla. Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>