Ilbieraħ, waqt li kienu qegħdin iwettqu ħidma relatata mal-konformità u l-infurzar f’Ta’ Qali, żewġ uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar ġew mhedda u aggrediti fiżikament minn individwu.
Uffiċjali ta’ Transport Malta, li dak il-ħin kienu qegħdin jagħmlu ronda fiż-żona, intervjenew fil-pront
biex iwaqqfu lill-aggressur u jevitaw aktar konsegwenzi mhux mixtieqa. Fuq il-post intbagħtet ambulanza hekk kif waħda mill-uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar kienet taħt xokk u kellha bżonn kura medika.
Barra minn hekk issejħu uffiċjali tal-pulizija fuq il-post, u ħadu dikjarazzjonijiet mill-partijiet kollha involuti. Huwa mistenni li l-aggressur jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
L-Awtorità tesprimi s-solidarjetà u l-appoġġ tagħha mal-uffiċjali tagħha u tikkundanna bla riżervi kull forma ta’ fastidju jew abbuż dirett lejn uffiċjali pubbliċi li jaqdu dmirijiethom.
//= $special ?>