Lokali

Appell biex għada membri ta’ għaqdiet tal-baned, tan-nar u dilettanti tal-festi jagħtu d-demm

Għar-raba’ sena konsekuttiva, fl-okkażjoni tat-23 sena ta’ xandir tal-programm ‘Marċi u Bandalori’ fuq Net FM, għada il-preżentatur Joe Chetcuti se jorganizza attività ta’ għoti tad-demm.

Din hija miftuha għall-għaqdiet kollha tal-baned f’Malta u Għawdex, għaqdiet tan-Nar u partitarji rispettivi. L-attività se tibda mid-9 am u tibqa’ għaddejja sal-5 pm fiċ-Ċentru ta’ l-Għoti tad-Demm fi Gwardamanga.

Kull min se jattendi għandu jieħu miegħu il-karta tal-identità.