“Il-ħatra tal-Kurunell Mark Mallia fil-kariga ta’ CEO ta’ Transport Malta tkompli mas-sensiela ta’ musical chairs fil-mod kif il-Gvern jappunta n-nies f’dawn il-pożizzjonijiet kruċjali, fejn jibqa’ jdawwar f’entitajiet differenti lill-istess nies.”
Kien dan li ntqal fi stqarrija maħruġa mix-Shadow Minister għat-Trasport u l-Mobbiltà, Mark Anthony Sammut, ix-Shadow Minister għas-Saħħa, Adrian Delia, u x-Shadow Minister għas-Settur Marittimu, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda Kontra l-Għoli tal-Ħajja, Ivan Castillo f’isem il-Partit Nazzjonalista.
L-istqarrija tkompli tgħid li issa wasalna fis-sitwazzjoni redikola fejn tant il-Gvern ma għandux direzzjoni fejn hu sejjer, tant l-id il-leminija ma tafx x’inhi tagħmel ix-xellugija, li l-ewwel ħabbar li appunta lil Mark Mallia CEO tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, biex imbagħad ġimgħa wara ħabbar li appuntah CEO ta’ Transport Malta.
Il-Partit Nazzjonalista filwaqt li jawgura li l-Kurunell Mallia jara li toħroġ il-verità kollha dwar l-iskandli u r-rackets li fnew lil Transport Malta, jesprimi d-dieqa tiegħu li s-settur tas-saħħa reġa’ tħalla l-aħħar.
//= $special ?>