Il-Kamra tal-Periti flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Iżvilupp (MDA) nhedew inizjattiva konġunta sabiex pajjiżna jkollu National Building Council biex jassigura li l-industrija tilħaq il-livelli meħtieġa ‘l bogħod mill-periklu.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, iż-żewġ partijiet insistew li minħabb l-burokrazija li hemm fl-awtoritajiet involuti qed twassal biex tiswa lil pajjiżna l-mijiet tal-eluf ta’ ewro li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-poplu li qed iħallas għalihom. Kien fid-dawl ta’ dan li nħass il-bżonn li jsir dan il-kunsill biex ma ssirx iktar ħsara lejn ir-reputazzjoni tal-industrija.
Dan il-kunsill se jkollu strateġija għall-għola kwalità u standards fl-iżvilupp, b’mod speċjali meta fl-aħħar jiem rajna l-inċident li seħħ fil-Gżira.
Il-President tal-Kamra tal-Periti, Andre Pizzuto qal kif f’pajjiżna hemm il-ħtieġa ta’ liġijiet ġodda biex titħares l-industrija.
Minn naħa tiegħu, il-President tal-MDA, Michael Stivala qal kif huwa meħtieġ li l-iżviluppaturi u l-periti jimxu id f’id hekk kif hemm il-ħtieġa ta’ azzjoni immedjata f’din l-industrija.
//= $special ?>