Lokali Mużika

Il-kantant Taljan Gigi D’Alessio jinsab f’pajjiżna

Ritratt: Martin Agius

Il-kantant Taljan Gigi D’Alessio jinsab f’pajjiżna hekk kif attenda għal konferenza tal-aħbarijiet fejn tħabbru aktar dettalji dwar il-Vernal Festival.

Waqt din il-konferenza Gigi D’Alessio qal li se jkun kunċert uniku kif ukoll se jkun l-ewwel kunċert għalih għal din is-sena.

Apparti minn hekk, huwa se jkun qed jkanta ma’ Alessia Bonniċi; tfajla ta’ 18-il sena li għandha l-awtiżmu u li sabet il-vuċi tagħha permezz tal-mużika. Minn naħa tiegħu, Gigi D’Alessio qal li meta jkollok għaqda mużikali għandek orkestra u bis-saħħa t’hekk il-kunċerti jilħqu livell ogħla.

Intant, il-Vernal Festival se jsir bejn il-15 ta’ Marzu u l-24 ta’ Marzu fejn apparti Gigi D’Alessio se jipparteċipaw ukoll numru ta’ artisti lokali.