Ilbieraħ filgħaxija, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista kompla l-proċess li fih japprova l-Kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, li se ssir fit-8 ta’ Ġunju li ġej.
Dan hekk kif approva l-kandidatura ta’ Lee Bugeja Bartolo, li b’hekk jingħaqad mal-MEPs Roberta Metsola u David Casa, kif ukoll ma’ David Agius, Peter Agius, Miriana Calleja Testaferrata de Noto, Norma Camilleri u LouiseAnne Pulis, li kienu approvati bħala Kandidati matul l-aħħar xhur.
Lee Bugeja Bartolo, ta’ 33 sena, għandu Master fl-Inġinerija Aerospazjali (Aerospace Engineering). Hu studja kemm f’Malta kif ukoll fir-Renju Unit u għamel żmien jaħdem fl-Awstralja, fejn ħadem fuq ajruplani militari tat-tip Boeing. Fl-2023, permezz tat-tmexxija tiegħu, ingħata Ċertifikat ta’ Prestazzjoni Eċċellenti taħt il-Boeing Defense Australia.
//= $special ?>