Illejla, għall-ħabta tas-6:30pm, se tkun qed tixxandar l-intervista li saret mill-programm NETLIVE mal-President ta’ Malta George Vella. Dan hekk kif issa riesaq lejn it-tmiem tat-terminu tiegħu bħala President – bis-suċċessur tiegħu mistenni jieħu l-ġurament tal-ħatra fil-bidu ta’ April.
F’din l-intervista, George Vella kien mistoqsi dwar diversi temi attwali; fosthom l-ambjent, is-sitwazzjoni fil-qasam tas-saħħa, il-kwistjoni tal-abort, dak li għaddej fuq livell internazzjonali u anke il-ħidma tal-istituzzjonijiet f’pajjiżna.
Il-President ġie mistoqsi wkoll kif qed iħares lejn it-tmiem ta’ dan il-Presidenza, u jekk hux se jieqaf mill-ħajja pubblika.
Bla tlaqliq, George Vella jiddeskrivi dawn il-ħames snin bħala ‘roller coaster’, filwaqt li jmessi kemm kienet ta’ appoġġ għalih is-Sinjura Miriam Vella waqt il-Presidenza.
Ritratti: Bernie Dimech / Ramon Farrugia
//= $special ?>