Id-39 edizzjoni tal-LifeStar Malta Marathon se ssir nhar il-Ħadd 25 ta’ Frar.
B’kollox irreġistraw 3,200 atleta fejn 2,200 minnhom huma minn 83 pajjiż minn madwar id-dinja.
L-akbar numru huwa ta’ 414 atleta mir-Renju Unit, b’233 se jkunu ġejjin mill-Italja u 166 mill-Polonja.
Fost il-protagonisti l-atleta Franco-Marokkin ta’ 38 sena Alaa Hrioued, rebbieħ tal-maratona ta’ Franza f’ Albi 2018, f’Rennes 2021 u f’Deuville 2022.
Fost il-favoriti l-Marokkin Lhoussaine Oukhrid, li fl-2021 temm il-maratona ta’ Firenze f’sagħtejn, 12 il-minuta u 4 sekondi.
Fost l-atleti nisa nsibu lil Frida Sodemark tal-Iżvezja rebbieħa tal-Ewropa tat-timijiet 2015 fuq distanza ta’ 100 kilometru u membru tat-tim Nazzjonali Żvediż għal kompetizzjonijiet ultra.
Jemima Farley, li rebħet l-edizzjoni tas-sena li għaddiet f’sagħtejn, 36 minuta u 51 sekonda, se tieħu sehem fin-nofs maratona. Mistenni jkun ukoll fost il-protagonisti Andrew Grech li fl-edizzjoni tal-2023 kien l-ewwel atleta Malti li daħal.
In-numri tal-kompetizzjoni lill-atleti ewlenin se jitqassmu nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar f’attività organizzata minn Comites Italia u mill-Kamra tal-Kummerċ Italo-Maltija fejn se jingħata rikonoxximent lill-isport, il-kultura , il-ġurnaliżmu u l-kummerċ.
//= $special ?>