Victor Degabriele ta’ 40 sena minn Bormla u lil Shayen Azzoppardi ta’ 24 sena mill-Fgura tressqu l-Qorti mixlija b’pussess aggravat ta’ droga. Filwaqt li r-raġel baqa’ miżmum taħt arrest, il-mara ngħatat il-pleġġ taħt diversi kundizzjonijiet.
Fil-qorti, l-prosekuzzjoni qalet li wara investigazzjonijiet li saru, il-Ħamis, il-Pulizija, għamlet tfittxija f’residenza fi Triq San Tumas fil-Fgura. Hemmhekk instabu mat-12 il-pjanta tal-cannabis, kif ukoll diversi vażetti tal-ħġieg mimlijin qratas, b’sustanza suspettata droga cannabis, u oġġetti oħra relatati ma’ allegat traffikar tad-droga, fosthom imwieżen.
L-Ispettur Kurt Farrugia qal li saret ukoll tfittxija fir-razzett tar-raġel, li jinsab fi Triq Wied il-Għajn, Żejtun, fejn instabu ħames pjanti oħra tal-cannabis. Kompla jgħid li fil-pussess tal-mara nstabet ukoll borża, b’sustanza suspettata kokaina.
L-akkużati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi kollha migpuba kontrihom. Id-difiza staqsiet minn arresta lill-imputati, bl-Ispettur jghid li ma kienx prezenti ghall-arrest. Staqsiet ukoll jekk dakinhar tal-arrest, l-mara provatx tiddistruġġi xi evidenza jew pjanti, bil-Maġistrat Monica Vella tintervejni u tinforma lid-difiża li l-Ispettur diġa spjega li ma kienx il-persuna li arresta lill-imputati u għaldaqstant ma jistax iwieġeb dwar l-arrest.
Id-difiża kkontestat il-valida tal-arrest tal-mara u argumentat li l-prosekuzzjoni mhux talli ma segwitx ir-regolamenti, talli l-istess regolamenti ġew miksura meta mandat ta’ arrest u ta’ tfittxija fil-konfront tal-mara qatt ma nħareġ.
Wara li semgħet is-sottomisijonijiet dwar il-validità ta’ l-arrest, il-qorti qieset li l-arrest tar-ragel kien gustifikat skond il-ligi u kkonvalidatu. Wara li l-Qorti semgħet lill-ispettur jagħti spjegazzjoni ta’ x’wassal ghall-arrest tal-mara tqies li l-prosekuzzjoni kellha biżżejjed fatti a prima facie sabiex tarresta l-mara u taghmel diversi tfittxijiet u għaldaqstant l-qorti kkonvalidat ukoll l-arrest tal-mara.
L-avukati difensuri talbu għal-ħelsien mill-arrest, bil-prosekuzjoni toggezzjona bil-qawwa kollha u argumentat li dan m’għandux jingħata minħabba l-gravità tar-reati fil-konfront tal-akkużati, filwaqt li qal li fir-residenza tal-Fgura f’ċertu istanzi kien preżenti hemm xi minuri.
L-Ispettur qal ukoll li r-raġel kiser il-kundizzjonjiet tal-ħelsien mill-arrest fuq kaz ieħor u għaldaqstant m’hemmx is-serħan tal-mohh li se jogħqod ma dawk imposti fuqu mill-ġdid. Id-difiza qalet li z-zewg imputati għandhom it-tfal li jserrħu kompletament fuqhom u jekk ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest, dan se jkun qed joħġloq inkonvenjent.
Wara li semgħet il-partijiet, fil-konfront tal-imputat Victor Gabriele, il-Qorti cahdet it-talba tad-difiża minħabba li tqies li r-raġel hu inaffidabli u m’hemm l-ebda serħan tal-moħħ li se jogħqod mal-kundizzjonjiet imposti fuqu.
Fir-rigward tal-mara, il-qorti laqgħet t-talba u akkordatilha l-liberta proviżorja fuq diversi kundizzjonjiet fosthom li tiddepożita l-passport u l-karta ta’ l-identità tagħha, s-somma ta’ 2,000 ewro u garanzija personali ta’ 3,000 ewro.
Il-Qorti ordnat wkoll lill-mara tiffirma fl-għassa ta’ Raħal Ġdid tliet darbiet fil-ġimgħa. Il-Magistrat Monica Vella laqgħqet ukoll it-talba talba tal-prosekuzzjoni ghall-iffiżar tal-ghassi. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Kurt Farrugia u Keith Rizzo. L-akkużati kienu assistit mill-avukat Jose Herrera, Matthew Xuereb u Roberto Spiteri.