Lokali

L-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola bi żjara ta’ kortesija lill-President ta’ Malta

Delegazzjoni uffiċjali mill-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola għamlet żjara ta’ kortesija lill-President ta’ Malta, George Vella  fil-palazz ta’ San Anton fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Fidda mit-twaqqif tal-Banda Paola.

Il-President Vella ddeskriva ż-żjara bħala waħda pożittiva ferm li fiha kellu l-oportunità jitkellem dwar il-kultura tal-baned f’Malta li tmur lura għal ħafna snin, it-tagħlim tal-mużika u l-ġid kollu li jsir min dawn is-soċjetajiet fil-pajjiż.

Il-President tar-Repubblika qasam mas-soċjetà riċerka li saret dwar il-Gran Mastru Fra Antoine De Paule marbuta mal-Palazz ta’ San Anton fejn il-Gran Mastru De Paule waqqaf ukoll il-lokalità ta’ Paola fl-20 ta’ Lulju tal-1626.