Internazzjonali

L-Iran: Jieħu l-passi għall-għeluq tal-fruntieri mal-Afganistan

Kmandant ewlieni fl-Armata tal-Iran ikkonferma l-intenzjonijiet tar-reġim f’Tehran biex jipproċedi bi pjan intiż għall-għeluq tal-fruntieri mal-Afganistan – b’dan il-proċess għandu jibbaża fuq il-bini tal-fences matul il-ġimgħat li ġejjin.

Il-Kmandant, Kioumars Heydari, insista bl-intenzjoni u enfasizza li ‘ħadd ma jista’ joġġezzjona dwar il-bini ta’ ħajt mal-fruntiera’ u li, skont hu, tinvolvi prattika komuni fi kwalunkwe pajjiż. Il-kumment sar b’reazzjoni għar-rimarki mill-kelliema tat-Taliban, li qed imexxu l-Afganistan, u li tennew li pajjiżhom hu wieħed ‘sikur’ minbarra li wkoll ‘pajjiż li ma jimponi theddida għal ħadd’.  

L-Afganistan, intant, qed jinsisti biex kwalunkwe bini ta’ ħajt mal-fruntiera jsir b’koordinazzjoni mal-awtoritajiet f’Kabul . Stqarrija oħra kienet li dan il-pass tal-Iran ‘ma jidhirx ġustifikat f’sitwazzjoni li ma tirrikjedix dawn il-miżuri’.