Sport Sport Ieħor

Polo: Il-King of Spain Cup bejn tliet timijiet

Għada s-Sibt, il-Malta Polo Club se jkun qed jorganizza l-kompetizzjoni tal-King of Spain Cup, li hi t-tieni trofew ta’ prestiġju tal-istaġun.

Tliet timijiet se jkunu qed jieħdu sehem fit-tournament li qed jiġi organizzat taħt il-patroċinju tal-ambaxxatur għal Spanja Jose Maria Muriel Palomino.

Dragonara, Veuve Cliquot u Coca Cola se jkunu qed jikkompetu sabiex wieħed minnhom jirbaħ il-kompetizzjoni.

Kull tim se jkollu plejer professjonali mill-Arġentina li se jagħmel it-tournament aktar kompetittiv.

Gaston Etcheberry, Karl Galea, Jean Vella u Matthew Grech se jkunu parti minn Team Dragonara, Patricio Ratagan, Matthew Borg, Greg Gera u Max Galea/Simon Psaila jiffurmaw Team Coca Cola filwaqt li Mariano Lopez, Jeremy Besancon, Ivan Camilleri u Chris Delia huma l-membri ta’ Team Veuve Cliquot.

Il-kompetizzjoni se ssir fil-Malta Equidrome fil-Marsa u tibda fil-11.30am meta jingħata t-throw in.