Il-film ġdid tal-fantaxjenza Dune Part Two jidher li se jkun fost l-aktar produzzjonijiet popolari għaċ-ċinema għal matul din is-sena…Eżempju ta’ dan kien l-entużjażmu tal-folol kbar preżenti f’Londra biex jaraw iċ-ċerimonji għall-premiere dinji ta’ dan il-film – is-sequel għall-film Dune, li jibbaża fuq in-novella bl-istess isem minn Frank Herbert li kien ħareġ fl-1965.
Il-folol f’Londra taw merħba kbira lill-atturi ta’ Dune Part Two huma u mexjin fuq ir-red carpet bħala tradizzjoni sinonima ma’ kull premiere – u meta l-akbar entużjażmu kien riservat għall-atturi Timothee Chalamet u Zendaya; l-attriċi li għandha r-rwol ta’ ‘cyborg’ u li għaġġbet lil kulħadd b’libsa metallika li serqet ix-xena.
L-applawż lanqas ma naqas għall-atturi l-oħra tal-film, fosthom Rebecca Ferguson, Austin Butler u Florence Pugh.
Il-permiere ta’ Dune Part Two, oriġinarjament, kien ippjanat għall-ħarifa tas-sena l-oħra iżda kellu jkun pospost wara li l-atturi u s-scriptwriters ta’ Hollywood ħarġu fuq strajk u ħallew l-industrija tal-films fi stat ta’ paraliżi għall-parti kbira tal-2023.
//= $special ?>