Lokali Qorti

Sentenza sospiża wara li ħebb u hedded lill-eks sieħba tiegħu

Żagħżugħ ta’ 28 sena minn Naxxar ġie kundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Monica Vella li bejn it-13 u l-14 ta’ Frar li għadda, fin-Naxxar stess u nħawi oħra kkaġuna ġrieħi, ħfief fuq l-eks sieħba tiegħu li li jisparalha.

Huwa ammetta li kkaġuna biża’ li se tintuża vjolenza fuq il-vittma u li għamel inġurji fil-konfront tagħha, b’mod li ħareġ mill-limit ta’ provokazzjoni. Ammetta wkoll li l-ferita li saret fuq il-vittma, seħħet fil-preżenza tat-tifla minuri tal-koppja u li kiser il-paċi pubblika, u li kiser ordni ta’ protezzjoni diġa fis-seħħ biex bl-ebda mod ma jimmolesta lill-eks sieħba tiegħu.

Wara li l-Qorti tagħtu ċans biex jekk irid jirtira l-ammissjoni tiegħu minħabba li dan huwa każ li jista’ jikkundannah piena karċerarja. Il-Qorti wissiet lill-ħati li biex bl-ebda mod ma javviċina lill-vittma, jew jagħmel xi tip ta’ kommunikazzjoni magħha.

Meta huwa staqsa dwar it-tifla, l-Qorti qaltlu biex jagħmel l-arranġamenti ma’ xi ħadd biex jippikkja u jeħodha lura. Ingħad lilu wkoll mill-Qorti biex ma jieħdux din is-sentenza bħal xi waħda ħanina, għax fil-verità mhijiex u biex joqgħod attenissimu. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Audrey Micallef, għall-akkużat deheru l-Avukati Mario Mifsud, Nicholas Mifsud u l-Prokoratur Legali Colin Galea. L-Avukat Dean Hili deher għall-vittma.