Raġel ta’ 40 sena residenti Bormla u mara ta’ 24 sena residenti l-Fgura ġew arrestati b’rabta ma’ allegat kultivazzjoni illegali ta’ pjanti tal-kannabis.
Wara investigazzjonijiet illi saru, matul il-jum tal-Ħamis, il-Pulizija, għamlet tfittxija f’residenza fi Triq San
Tumas, Fgura. Hawnhekk, instabu madwar 12-il pjanta tal-kannabis, kif ukoll diversi vażetti tal-ħġieg mimlijin qratas, b’sustanza suspettata droga kannabis, u oġġetti oħra relatati ma’ allegat traffikar tad-droga, fosthom imwieżen.
Saret ukoll tfittxija f’razzett tar-raġel, li jinsab fi Triq Wied il-Għajn, Żejtun, fejn instabu ħames
pjanti oħra tal-kannabis.
Fil-pussess tal-mara nstabet borża, b’sustanza suspettata kokaina.
B’din is-sejba ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.
Ir-raġel u l-mara qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwarteri Ġenerali, il-Furjana. Huma mistennija jitressqu l-Qorti illum, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella.
//= $special ?>