Anzjan ta’ 79 sena tilef ħajtu wara li waqa minn galarija tar-residenza tiegħu stess f’Ħal Safi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-1600, fi Triq iż-Żurrieq meta għal xi raġuni l-anzjan waqa’ madwar sular mill-gallarija tar-residenza tiegħu stess.
Fil-post ġie msejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei.
Sfortunatament, l-isforzi tagħhom kienu kollha għalxejn hekk kif ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>