Fis-Serie A, żewġ riżultati diżappuntanti għal Napoli u Juventus hekk kif għal darb’oħra tilfu l-punti fil-konfronti rispettivi tagħhom hekk kif Napoli temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Genoa, filwaqt li Juventus dawwru telfa fi draw kontra Hellas Verona bl-iskor finali, intant l-unika tim rebbieħ fil-ġurnata kien Atalanta li għelbu lil Sassuolo bl-iskor finali jkun 3-0.
Napoli skorjaw gowl fl-aħħar permezz ta’ Cyril Ngonge biex kisbu punt missielet wara li Morten Frendrup fetaħ l-iskor għal Genoa fis-47 minuta.
Sitwazzjoni simili fi Stadio Marcantonio Bentegodi hekk kif Juventus dawwru telfa fi draw kontra Hellas Verona, b’ Michael Folorunsho jiftaħ l-iskor wara 11-il minuta logħob b’gowl mill-isbaħ minn tarf l-kaxxa.
Fit-28 minuta Dusan Vlahovic sab ix-xibka għall-gowl tad-draw, biex Tijjani Noslin jitfa’ lil Verona fil-vantaġġ għal darb’oħra fit-52 minuta.
Il-gowl tad-draw wasal 3 minuti wara minn Adrien Rabiot.
Minn naħa l-oħra, Atalanta kisbu rebħa komda ta’ 3-0 fil Gewiss Stadium fuq Sassuolo.
Mario Pasalic kien l-awtur tal-ewwel gowl tal-paritta wara 22 minuta, b’ Teun Koopmeiners ikompli l-istaġun b’saħħtu tiegħu meta rdoppja l-iskor fit-58 minuta.
L-aħħar gowl ta’ Atalanta wasal mid-difensur laterali Mitchel Bakker fil-75 minuta.
Il-Ġimgħa
Torino v Lecce 2-0
Inter v Salernitana 4-0
Illum
Napoli v Genoa 1-1
Verona v Juventus 2-2
Atalanta v Sassuolo 3-0
Għada
Lazio v Bologna 12:30pm
Empoli v Fiorentina 3:00pm
Frosinone v Roma 6:00pm
Monza v Milan 8:45pm