Iktar persuni u għaqdiet qed joħorġu jikkritikaw il-problema ta’ konġestjoni tat-traffiku li ta’ kuljum, filgħodu u filgħaxija, nesperjenzaw minkejja l-wegħda Laburista li din tiġi solvuta wara li nefqu l-miljuni ta’ ewro fuq toroq u flyovers ġodda.
Fl-aħħar xhur u snin rajna kif pajjiżi oħra qed jaraw kif inaqqsu l-effett tat-tniġġis mill-karozzi, iżda f’Malta nkomplu noħolqu infrastruttura li taġevola biss lill-karozzi.
Mal-aħbar tal-flyovers bejn is-Swieqi u Pembroke, kienu ħafna dawk li kkritikaw dan il-proġett meqjusa bħala wieħed li mhu se jsolvu xejn, fosthom l-ADPD.
Skont l-aħħar stħarrig tal-NSO, sal-aħħar kwart tas-sena 2023, f’pajjiżna hawn madwar 440,000 karozza rreġistrata. Sitwazzjoni li turi n-nuqqas ta’ ppjanar fit-tul minn naħa tal-Gvern Laburista.
//= $special ?>