Lokali

DOKRA: Esebizzjoni ta’ arti b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation

40 biċċa ta’ arti minn pittura sa skultura f’wirja bl-isem ta’ DOKRA li qed tittela’ fil-Palazz tal-President, fil-Belt Valletta b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.

Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone

Il-kelma DOKRA, għandha konnessjoni mal-kelma tindokra li tfisser tipproteġi, tissalvagwardja u tiddefendi… l-istess mod kif l-Malta Community Chest Fund tindokra lill-pazjenti tagħha.

Roderick Camilleri, il-kuratur ta’ din l-esebizzjoni spejagalna li l-isem Dokra intgħażel għal tliet raġunijiet prinċipali.ċ

Ritratt: Matthew Tabone

Intant, il-President ta’ Malta George Vella spjega li l-pubbliku għandu jżur din il-wirja biex jara l-arti u l-livell ta’ profesjonalità li joffru l-artisti Maltin, hekk kif din mhux biss hi wirja sabiex jinġabru il-flus imma anke wirja biex jiġi apprezat ix-xogħol ta’ dawn l-artisti.

Ritratt: Matthew Tabone

Barra min hekk, il-President spjega li din is-sena hija l-ewwel darba li din l-esebizzjoni qed issir fil-Palazz tal-President, wara li dan ġie restawrat, u għalhekk il-livell ta’ din l-esebizzjoni huwa ogħla.

Din l-esebizzjoni hija miftuħa għall-pubbliku mis-Sibt 17 ta’ Frar sat-3 ta’ Marzu bejn il-5 ta’ waranofsinhar u s-7 ta’ filgħaxija.

Ritratt: Matthew Tabone