Sitwazzjoni ta’ Musical Chairs. Hekk ġie deskritt l-aħħar impjieg ta’ Mark Mallia bħala Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, hekk kif Mallia huwa l-aħħar persuna li ġiet appuntata mill-Gvern f’pożizzjoni kruċjali – ġimgħatejn biss wara li kien inħattar Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Medici.
Mhux hekk biss, talli Mark Mallia se jkun it-tielet Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta f’temp ta’ sentejn.
Dan wara li Transport Malta kienet involuta f’racket ta’ skandli li jippuntaw lejn il-perijodu meta is-settur kien immexxi mill-Ministru Ian Borg.
Kien propju fit-2 ta’ Jannar meta l-Ministru tas-Saħħa ħabbar li Mark Mallia kien ser jieħu post Carmen Ciantar bħala il-Kap tal-FMS, u l-Ġimgħa wara nofsinhar il-Ministu tat-Trasport ħabbar li Malia kien b’mod effetiv ser jieħu l-irwol ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta – impjieg li kien ofrut lil bosta persuni oħra; pero li ħadd ma ried li jaċċeta.
Il-ġurnal Times of Malta żvela li s-CEO ta’ Transport Malta Johnathan Borg tneħħa minn xogħlu inqas minn sena wara li kien ingħata dan l-impjieg, li sa April tal-2023 kien tal-Brigadier Jeffrey Curmi.
Fid-dawl ta’ dan kollu l-Partit Nazzjonalista qal li issa wassalna f’sitwazzjoni redikola fejn il-Gvern tant ma għandux direzzjoni fejn hu sejjer li qed ikompli jilgħab Musical Chairs bejn l-istess nies li qed jinħatru f’entitjaiet differenti.
//= $special ?>