Il-Partit Nazzjonalista, huwa kommess li jkompli jsaħħaħ il-ħidma fil-lokalitajiet.
Dan kien l-għan ewlieni wara l-laqgħa li saret l-Ġimgħa filgħaxija fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista – fejn għal darba oħra, Bernard Grech kellu l-opportunità jisma’ dak li għandhom xi jgħidu n-nies, specjalment dwar ir-realtajiet tal-familji fil-lokalitajiet Maltin u Għawdxin.
F’din il-laqgħa ħareġ ċar l-importanza li l-lokalitajiet ikomplu jissaħħu f’kull aspett. Dan wara li l-Gvern ta’ Robert Abela naqqar mis-saħħa tal-Kunsilli Lokali matul dawn l-aħħar snin, tnaqqir li pajjiżna ra r-riperkussjonijiet tiegħu.
Il-Partit Nazzjonalista ilu għal dawn l-aħħar xhur jispjega l-importanza li l-kunsilli lokali jerġgħu jieħdu lura s-saħħa li xi darba kellhom.
Bernard Grech enfasizza l-importanza illi l-politika ssir bid-djalogu man-nies, sabiex ikun mifhum il-bżonnijiet li jeħtieġu l-lokalitajiet ta’ pajjiżna.
Dan filwaqt li appella sabiex kull persuna li għandha d-dritt tal-vot, toħroġ tivvota fl-elezzjoni fit-8 ta’ Ġunju li ġej, appuntament elettorali, li huwa important ferm għall-poplu Malti.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piċċinino u l-Kumitati Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>