Futbol Sport

Man. City miżmuma minn Chelsea, rebħiet komdi għal Liverpool u Arsenal

(Ritratt: EPA)

Manchester City ġew miżmuma f’darhom minn Chelsea, bis-Citizens jiskorjaw gowl fl-aħħar għaxar minuti logħob biex jagħmlu l-iskor 1-1.

L-eks attakkant ta’ Manchester City Raheem Sterling kien l-awtur tal-gowl ta’ Chelsea fit-42 minuta, b’ Rodri jagħmel l-iskor fit-83 minuta.

Liverpool għelbu lil Brentford biex żammew l-ewwel post fil-klassifika b’rebħa komda fuq Brentford bl-iskor finali jkun 4-1.

L-attakkant Urugwajan Darwin Nunez fetaħ l-iskor għar-Reds wara 35 minuta logħob mis-suġġeriment bir-ras ta’ Jota, b’ Alexis Mac Allister jirdoppja liskor għoxrin minuta wara.

Liverpool għamluhom 3 fit-68 minuta permezz ta’ Mohammed Salah li sab ix-xibka b’xutt fil-baxx.

Brentford skorjaw gowl ta’ konsolazzjoni fil-75 minuta permezz tat-talisman Ivan Toney, b’ Liverpool jikkonfermaw ir-rebħa fis-86 minuta minn Cody Gakpo.

Fit-Turf Moor stadium, Arsenal ukoll komplew il-forma impekkabli tagħhom prestazzjoni perfetta, bil-Gunners jegħlbu lil Burnley 5-0.

Din hija t-tieni logħba konsekuttiva li Arsenal skorjaw ħames gowls jew iżjed, wara li għelbu lil West Ham 6-0 ftit ta jiem ilu.

Arsenal skorjaw l-ewwel gowl wara biss 4 minuti permezz ta’ Martin Odegaard b’xutt minn barra l-kaxxa, bit-tieni gowl jasal fil-41 minuta minn Bukayo Saka.

Fit-tieni taqsima Arsenal komplew l-attakki tagħhom fuq Burnley, b’ Bukayo Saka jiskorja t-tieni gowl personali u t-tielet gowl tat-tim fis-47 minuta, filwaqt li Leandro Trossard sab ix-xibka fis-66 minuta.

L-aħħar gowl tal-partita wasal fit-78 minuta minn Kai Havertz.

Intant, Aston Villa rritornaw għar-rebħ wara li għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 2-1, b’ Ollie Watkins protagonist b’żewġ gowls f’ismu.

L-attakkant Watkins skorja l-ewwel gowl tiegħu fit-23 minuta, bit-tieni gowl jasal fis-56 minuta mill-assist ta’ Tielemans.

Fulham kważi rnexxielhom iwettqu rimonta hekk kif skorjaw gowl fit-63 minuta permezz ta’ Rodrigo Muniz, pero t-tim immexxi minn Marco Silva ma rnexxielux jagħmel l-iskor indaqs.

Newcastle rnexxielhom jiksbu punt missielet fi draw ta’ 2-2 wara li skorjaw gowl fl-aħħar minut.

L-ewwel gowl tal-partita wasal minn Dominic Solanke fil-51 minuta għal Bournemmouth, bil-Magpies jagħmlu l-iskor indaqs fit-58 minuta b’ din id-darba Anthony Gordon isib ix-xibka.

Bournemouth għal darb’oħra marru fil-vantaġġ fid-69 minuta permezz ta’ Antoine Semeyo, b’kontrattakk veloċi ta’ Solanke, bil-gowl tad-draw jasal fit-92 minuta mill-midfielder laterali Matt Ritchie.

West Ham United tilfu t-tielet partita konsekuttiva wara li sofrew telfa ta’ 2-0 kontra Nottingham Forest fis-City Ground.

It-Tricky Trees sabu x-xibka fl-aħħar sekondi tal-ewwel taqsima minn Taiwo Awoniyi mill-assist ta’ Dominguez.

Fil-71 minuta West Ham spiċċaw jilagħbu b’għaxra wara li tkeċċa l-akkwist il-ġdid Kalvin Phillipd.

Il-gowl li kkonferma t-tlett punti wasal fl-94 minuta permezz ta’ Callum Hudson-Odoi.

Diżappunt għal Tottenham hekk kif sofrew telfa f’darhom ta’ 2-1 kontra Wolves.

Il-gowls ta’ Wolves waslu minn Joao Gomes fit-42 minuta fit-63 mnuta, b’Dejan Kulusevski jkun l-awtur tal-gowl ta’ Tottenham fis-46 minuta.

RIŻULTATI:

Illum:

Brentford 1-5 Liverpool

Burnley 0-5 Arsenal

Fulham 1-2 Aston Villa

Newcastle 2-2 B’mouth

Nottingham Forest 2-0 West Ham

Tottenham 1-2 Wolves

Man City 1-1 Chelsea

Għada

15:00 Sheffield U v Brighton

17:30 Luton v Man Utd

It-Tnejn

21:00 Everton v C. Palace