Ir-Russja tinsab dominata minn rewwixti kbar u protesti, wara li l-Ħamis filgħodu tħabbret il-mewt ta’ Alexei Navalny – il-Kap ewlieni tal-Oppożizzjoni Russa, illi miet f’ċirkustanzi misterjużi, meta hu kien qed jiskonta terminu twil ta’ priġunerija.
Waqt protesti li saru f’Moska u San Pietruburgu b’reazzjoni għall-mewt ta’ Navalny, il-Pulizija Russi arrestaw mill-inqas 100 persuna. Dan wara li prosekuturi Russi avżaw kontra l-parteċipazzjoni tan-nies f’dawn il-protesti li qed isiru – bl-awtoritajiet iżommu sod quddiem id-diversi rallys illi saru.
Intant, diversi protesti kienu organizzati ukoll ‘il barra mir-Russja, hekk kif f’Londra quddiem l-ambaxxata Russa, bosta dimostranti inġabru b’ritratti ta’ wiċċ Navalny. U wieħed mid-dimostranti stqarr illi jixtieq tassew iħobb lil pajjiżu; iżda dan mhux possibbli għaliex il-bandiera Russa bħalissa tissimbolizza l-gwerra.
Navalny, illi kellu 47 sena, miet ftit wara li ħassu ħażin – b’ommu tiddikjara b’mod car li sa din il-ġimgħa stess, binha deher “kuntent u f’saħħtu”.
Fl-aħħar sigħat, ikkummenta wkoll il-President Amerikan Joe Biden illi indika bla tlaqliq li Vladimir Putin kien responsabbli minn din il-mewta.
//= $special ?>