Inter ftit kellhom problemi biex għelbu lit-tim tal-qiegħ Salernitana biex huma issa għandhom vantaġġ ta’ 10 punti fuq Juventus u 11-il punt fuq Milan.
Inter kellhom bidu qawwi u laqtu darbtejn il-lasta avversarja sakemm fetħu l-iskor permezz ta’ Thuram fis-17-il minuta.
Żewġ minuti wara Lautaro Martinez skorja t-tieni goal u ħames minuti mill-interval Dumfries skorja t-tielet goal.
Fit-tieni taqsima Arnautovic kellu goal imħassar bil-VAR minħabba offside, iżda fil-91 minuta kien l-istess Arnautovic li skorja r-raba’ u l-aħħar goal.
F’logħba oħra li ntlagħbet ilbieraħ Torino għelbu lil Lecce 2-0 b’żewġ goals fit-tieni taqsima biex issa jinsabu fid-disa’ post tal-klassifika.
Fil-50 minuta Torino fil-vantaġġ b’goal tad-difensur Bellanova u disa’ minuti mit-tmiem Duvan Zapata għalaq il-logħba bit-tieni goal tal-Granata.
Fil-kumplament tal-logħbiet Juventus illum jippruvaw joħorġu mis-serje negattiva ta’ żewġ telfiet konsekuttivi meta jkunu fil-Bentegodi kontra Verona, tim fi bżonn kbir ta’ punti.
Milan għada jippruvaw iżommu l-pressjoni fuq Juventus meta jmorru Monza.
Għada logħba interessanti bejn Lazio u Bologna, b’dawn ta’ l-aħħar li jkomplu jissieltu għal post fil-UEFA Champions League.
Għada wkoll derby tat-Toscana fejn Fiorentina ikunu għand Empoli.
Riżultati
Torino v Lecce 2-0
Inter v Salernitana 4-0
Illum
15:00 Napoli v Genoa
18:00 Verona v Juventus
20:45 Atalanta v Sassuolo
Għada
12:30 Lazio v Bologna
15:00 Empoli v Fiorentina
15:00 Udinese v Cagliari
18:00 Frosinone v Roma
20:45 Monza v Milan
//= $special ?>