Lokali

Sewwieq ta’ karozza jeħlisha ħafif wara inċident ikrah fis-Central Link

Sewwieq ta’ karozza ħelisha ħafif wara inċident ikrah li fih tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt tas-sejjieħ li hemm fis-Central Link.

Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei iżda s-sewwieq irrifjuta l-għajnuna medika.

Mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident iżda fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’.

Fiz-zona nħoloq xi ftit traffiku sakemm tneħħiet il-karozza mit-triq.