Futbol Sport

Sliema jikkonsolidaw it-tielet post b’rebħa fuq Marsaxlokk

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

MARSAXLOKK …………..………………………1

SLIEMA WANDERERS ………………………..2

Marsaxlokk: M.Drobnjak, K.Micallef, J.Ghio (N.Portelli 75′), F.Brener (J.Walker 65′), Y.Messias, S.El Anabi (A.Obongwu 65′), L.Aguirre, N.Raden, R.Scicluna, S.Akinbule, F.Gomes

Sliema W: R.Al Tumi, J.Borg, J.Minala, V.Plut (J.Arthur 81′), S.Gomes (D.Kondrakov 70′), M.Beerman, G.Alcino, D.Kouao (N.Frendo 70′), J.Adukor (E.Agius 80′), H.Murillo, G.Acheampong (J.Engerer 90′)

Skorjaw: Y.Messias 10′ (M), S.Gomes 20′, J.Adukor 60′ (S)

Imwissija: N.Raden 41′, R.Scicluna 51′, L.Aguirre (M), J.Adukor 77′, J.Minala 88′ (S)

Referee: Malcom Spiteri

Assistenti Referees: Alan Camilleri u Mitchell Spiteri

Sliema kkonsolidaw it-tielet post fil-klassikfa meta dawwru telfa f’rebħa kontra Marsaxlokk, bl-iskor finali jkun 2-1. B’dan ir-riżultat Sliema kabbru d-distakk minn Marsaxlokk b’8 punti, bil-Wanderers jokkupaw it-tielet post filwaqt li Marsaxlokk jinsabu fir-raba’ post.

Marsaxlokk fetħu l-iskor wara 10 minuti logħob minn żball ta’ Al Tumi b’ Yuri Messias jikkapitalizza u jixħet ġewwa.

Sliema għamlu l-iskor indaqs wara 20 minuta logħob meta Samuel Gomes sab ix-xibka mill-kross mix-xellug ta’ Kouao.

Il-gowl tar-rebħa għas-Slimiżi wasal wara siegħa logħob minn Joachim Adukor li mill-pass ta’ Acheampong għeleb lil Drobnajk.