Illum ġiet organizzata attività ta’ Għoti tad-Demm fuq inizjattiva ta’ Joe Chetcuti, l-preżentatur tal-Programm Marċi u Bandalori fuq NET FM.
Din l-inizjattiva seħħet għar-reba’ sena konsekuttiva li matulha għadd ġmielu ta’ Każini tal-Banda, kif ukoll membri tal-Kmamar tan-Nar irrikorrew biex jagħtu d-demm u jgħinu biex kemm jista’ jkun il-Bank tad-Demm ikollu riserva tajba f’kull jum tas-sena.
Din l-attività fakret ukoll it-23 sena ta’ Xandir ta xandir tal-Programm ‘Marċi u Bandalori, u għalhekk kienet opportunita sabiħa li fiha bosta kellhom l-opportunità↨ li jagħtu l-isbaħ rigal… ir-rigal tal-ħajja.
Waqt din l-attività Joe Chetcuti qal li jinsab kuntent immens illi għal darb’ oħra kellu x-xorti li jorganizza din l-attività hekk nobbli, tal-għoti tad-Demm. Attività li kienet ta’ suċċess u li issa daħlet anka fil-kalendarju ta’ dan il-programm.
Joe Chetcuti irringrazzja lill-Għaqdiet kollha tal-Baned kif ukoll lill-membri tal-Kmamar tan-Nar għall-parteċipazzjoni tagħhom f’din l-attività li permezz tagħha wieħed jista’ jsalva l-ħajja ta’ dik il-persuna li tiġi bżonn tad-demm hi min hi.
Barra minn hekk Chetcuti rringrazzja lil Caroline Cassar, il-PRO taċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm, għall-kooperazzjoni sħiħa li sab mingħanda biex din l-attività kienet ta’ suċċess.
Preżenti għal din l-attivita kien hemm ukoll il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione u Graziella Galea x-shadow Minister għall-Inklużjoni u l-Volontarjat.
//= $special ?>