L-eks President Amerikan, Donald Trump ġie mmultat $354.9 miljun wara proċess ta’ frodi ċivili f’New York.
L-imħallef ordna lil Trump u lill-uliedu Eric u Donald Jr. biex iħallsu total ta’ mill-inqas $453.5m. Fost l-oħrajn Trump ġie projbijt milli jmexxi negozji fi New York għal tliet snin sħaħ.
Din mhux l-ewwel darba li l-eks President qiegħed jaffaċa akkużi fil-Qrati Amerikani, hekk kif mit-telfa elettorali tiegħu lura fl-2020 din saret xi ħaġa komuni.
L-imħallef iddeċieda li Trump nefaq il-ġid tiegħu fuq dikjarazzjonijiet finanzjarji mogħtija lil banek, assiguraturi, u istituzzjonijiet oħra biex jagħmlu ftehim u jassiguraw self ċert għal kumpaniji tiegħu.
Trump minn naħa tiegħu ikkritika din id-deċiżjoni u ideskriviha bħala “falsità totali” u akkuża lill-imħallef u lill-prosekuturi li huma “delużi u preġudikati”.
Trump għal darba oħra quddiem il-Ġustizzja
