Stewart Said
MARSASKALA ESC……….. 10
SIRENS………………………. 17
(3-1), (0-4), (4-4), (3-8)
Sirens kellhom bżonn l-aħħar sessjoni biex għelbu l-isfida ta’ Marsaskala ESC. It-tim ta’ Arpad Babay bena vantaġġ ta’ 3-1 fl-ewwel sessjoni iżda sofrew ir-rimonta ta’ Sirens fit-tieni sessjoni. Permezz ta’ gowls minn Matthias Azzopardi, Mattias Ortoleva, Isaiah Riolo u Peter Borg, Sirens dawru r-riżultat għal 5-3.
Madankollu pronta kienet ir-risposta ta’ Marsaskala li skorjaw erba’ darbiet fl-ewwel nofs tat-tielet sessjoni u reġa’ kellhom vantaġġ ta’ żewġ gowls. L-immedjatezza ta’ Sirens ippermettiet biex mhux biss irkupraw l-iżvantaġġ iżda bdew l-aħħar sessjoni 9-7.
Id-distakk kien għadu ta’ żewġ gowls fl-ewwel mumenti tas-sessjoni iżda Sirens inqatgħu definittivament minn mal-avversarji hekk kif fetħu distakk komdu ta’ 14-8 biex fl-aħħar minuti kkontrollaw sat-tmiem.
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar (1), J. Colombo, J. Pace Mizzi, M. Agius, E. Bilgrin, K. Navarro (1), M. Farrugia, K. Grech (1), G. Sammut (1), J. Ciantar (2), M. Carani (4), M. Borg, L. Montebello Brownrigg
Sirens: M. Bonello DuPuis, P. Serracino (1), K. Erdogan (1), P. Borg (1), J. Cachia, K. Agius (1), M. Chircop (1), I. Riolo (2), J. Zerafa Gregory (2), G. Farrugia (3), M. Sciberras (1), M. Azzopardi (2), I. Schembri, M. Ortoleva (2)
Referees: Alex De Raffaele, Stefan Licari
SLIEMA FRANK SALT……… 15
OTTERS NIVEA……………… 5
(7-0), (4-0), (3-3), (1-2)
It-tieni rebħa għal Sliema Frank Salt minn żewġ logħbiet fi Grupp A kontra timijiet inferjuri. Dan minkejja li Sliema għandhom diversi plejers neqsin. Bidu b’saħħtu għal Sliema li fl-ewwel sessjoni skorjaw xejn anqas minn seba’ gowls mingħajr risposta, bil-captain John Brownrigg u Benji Cachia t-tnejn skorjaw doppjetta. Tripletta ta’ Jayden Cassar fit-tieni sessjoni wittiet it-triq biex is-Slimiżi jkomplu jsaħħu l-vantaġġ.
Fit-tieni parti tal-logħba, il-kowċ ta’ Sliema Giannis Katrouzanakis kompla jagħmel ir-rotazzjoni fit-tim filwaqt li Otters irnexxielhom b’xi mod jillimitaw id-danni. Huma sabu x-xibka għall-ewwel darba fl-ewwel parti tat-tielet sessjoni, biż-żagħżugħ Andrew Dimech irnexxielu jispiċċa l-aqwa skorer tal-logħba flimkien mal-plejer ta’ Sliema Jayden Cassar.
Sliema: N. Grixti, G. Gatt, N. Rizzo, D. Rizzo, J. Cassar (4), B. Cachia (2), T. Fenech (2), L. Camilleri Bowman, J. Brownrigg (3), J. Chircop (1), T. Camilleri (1), D. Zammit (2), M. Castillo, J. Sciberras
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna, K. Calleja, M. Meli, D. Dimech, I. Azzopardi (1), S. Dimech, T.J. Mifsud, T. Milne, M. Farrugia, A. Dimech (4), G. Gatt Ellis, K. Micallef
Referees: Massimo Angileri, Richard Magri
EXILES WELBEE’S…………. 19
BARRACUDAS………………. 4
(2-0), (5-1), (7-0), (5-3)
Tasal l-ewwel rebħa ta’ Exiles Welbee’s b’rebħa faċli kontra Barracudas. Exiles dejjem kellhom il-vantaġġ wara li Mark Fenech u Kurt Griscti skorjaw fl-ewwel sessjoni. Il-vantaġġ kompla jiġi kkonsolidat fit-tieni sessjoni u wara li Simon Apap naqqas id-distakk, Exiles skorjaw erbgħa mingħajr risposta, b’Max Aquilina jiskorja doppjetta fl-aħħar minuta tas-sessjoni.
Jekk il-vantaġġ ta’ 7-1 ma kienx biżżejjed, Exiles iddominaw it-tielet sessjoni b’seba’ gowls oħra konsekuttivi. Spikkaw Mark Fenech u Zak Cutajar Licari b’doppjetta kull wieħed. It-tim immexxi minn Niki Lanzon kompla jikkontrolla l-aħħar sessjoni għal rebħa
Exiles: F. Buhagiar, Z. Cutajar Licari (3), Z. Micallef (2), D. Pace Lupi (1), M. Martellacci (1), M. Paris Roding, M. Fenech (5), K. Griscti (2), K. Tanti (2), M. Aquilina (3), N. Saliba, Z. Dzanovic
Barracudas: Cl. Bugeja, Ch. Bugeja, A. Magri, P. Micallef, W. Ruggier, R. Sciortino, K. Mock, T. Perici Ferrante (3), L. Pursehouse, S. Apap (1), A. Mifsud, C.J. Saliba, L. Abela, J. Bugeja
Referees: Neville Mercieca, Peter Balzan
//= $special ?>