GUDJA UNITED …………. 0
GŻIRA UNITED ………….. 3
Gudja United: J.Spiteri, A.Dos Santos Brenner, J. Quintera (J.Godwin 70′), E.Mendes, S.Chukwuemeka (S.Ibrahim 46′), R.Nanitelamio, S.Akomeah (G.Lorenzini 58′), Z.Grech (S.Attard 46′), J.Friggieri (G.Zammit 58′) M.Muchardi, M.Esposito.
Gżira United: D.Zarkov, C.Conceicao, T.Aldama, Z.Scerri, M.Dias, L.Ribeiro, C.Riascos, F.Romero, B.Borg (Z.Cassar 81′), T.Espindola, J.Mendoza (A.Borg 89′)
Imwissija: M.Dias 5′ (Gż), R.Naniteiamio 27′, G.Zammit 84′ (Gu).
Tkeċċa: M.Dias 5′. (Gż)
Skorjaw: L. Macula 19′, Z.Scerri 33′, K.Spence 90′ (Gż)
Referee: Emanuel Grech
Assistenti Referees: Duncan Spencer u Robert Curtis
Gżira United ħadu t-tlett punti kollha fil-konfront kruċjali fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni kontra Gudja United, minkejja li lagħbu iktar minn 85 minuta b’għaxar plejers.
Dan ir-riżultat huwa importanti għall-kumplament tal-istaġun għal Gżira hekk kif telgħu fis-7 post, b’total ta’ 21 punt wara 17-il partita.
Gżira spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers wara 5 minuti logħob wara li r-referee Grech wera żewġ karti sofor wara xulxin lil Marcelo DIas wara li kkometta foul u kompla jipprotesta d-deċiżjoni tar-referee.
Gżira marru fil-vantaġġ fid-19-il minuta permezz ta’ Lucas Macula li għeleb lil Justin Spiteri b’tentattiv baxx, b’ Zachary Scerri jirdoppja l-iskor fit-33 minuta meta kkonverta l-penalty li wasal minn foul kommess minn Nanitelamio.
Gżira kkonfermaw ir-rebħa fit-92 minuta minn konklużjoni ta’ Kyle Spence mill-assist ta’ Aldama.
//= $special ?>