Fl-aħħar jiem sar magħruf li għal kull ħames appartamenti li jinbiegħu, il-Gvern jieħu taxxa daqs kemm jiswa’ appartament wieħed. Li fi kliem sempliċi jfisser li l-prezz finali ta’ appartament li jinxtara ikun jinkludi eluf ta’ ewro f’taxxi lill-Gvern.
Dan ħareġ minn stqarrija li għamel il-President tal-Assocjazzjoni Maltija tal-Iżvilupp, Michael Stivala waqt li kien qed jiġi mniehed in-National Building Council; kunsill li se jassigura livell għoli fl-industrija tal-kostruzzjoni u l-bini.
Permezz ta’ din l-istqarrija, Michael Stivala ried ifakkar lill-Gvern li bħalma l-poplu Malti u Għawdxi qed jagħmel sehmu meta jħallas it-taxxi kollha meħtieġa, bl-istess mod il-Gvern għandu jassigura li l-industrija tingħata l-importanza kollha meħtieġa. Dan sabiex ma nibqgħux naraw aktar inċidenti fis-settur tal-kostruzzjoni.
L-aktar każ riċenti kien dak li seħħ fil-Gżira, fejn fortunatament, ħadd ma ma weġġa’.
Iżda mhux l-istess jista’ jingħadd għall-kollass tal-binja f’Kordin; liema każ kien ħalla numru ta’ ħaddiema isofru minn xi ġrieħi gravi, u t-telfa taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia.
//= $special ?>