Lokali

Il-Partit Nazzjonalista isellem il-legat ta’ Alexei Navalny

Ilbieraħ filgħaxija x-Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin Beppe Fenech Adami flimkien mas-Segretarju Internazzjonali tal-PN Beppe Galea poġġew xemgħat u fjuri quddiem l-ambaxxata Russa wara l-mewt ta’ Alexei Navaly, illi ħasdet lill-pajjiżi kollha Ewropej u lil hinn.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russa miet fil-ħabs aktar kmieni din il-ġimgħa, biċ-ċirkustanzi tal-mewt tiegħu għadhom dubjużi ferm.

Permezz ta’ post fuq mil-midja soċjali Beppe Fenech Adami u Beppe Galea qalu li Navalny mhux sempliċiment miet fil-ħabs iżda miet waqt il-ġlieda tiegħu biex l-oppożizzjoni ma tkunx imsikkta … u għaliex kien favur id-demokrazija.

Huma qalu li issa huwa d-dover tad-dinja kollha illi tara li Alexei Navalny ma jintesa qatt.