Internazzjonali

Ir-Russi akkużati li ħbew il-katavru ta’ Navalny

Wara li Alexei Navalny, il-Kap tal-Oppożizzjoni Russa, miet f’cirkustanzi dubjużi waqt li kien qiegħed jiskonta terminu ta’ priġunerija, issa qed jingħad li omm Navalny ma tistax tirkupra l-katavru ta’ binha. Dan wara li allegatament, ir-Russji ħbew il-ġisem ta’ Alexei Navalny.

Dawk viċin Navalny qed jakkużaw lill-awtoritajiet Russi li qed jostru l-verità, filwaqt li qed isostnu li hu nqatel fuq ordni ta’ Vladimir Putin. U kien propju għal din ir-raġuni li l-katavru allegatament inħeba, sabiex jkunu jistgħu jgħattu provi tas-suspettat qtil tiegħu.

L-awtoritajiet Russi qed jgħidu li hu miet ħabta w sabta wara li ntilef minn sensieh u waqa’ waqt li kien miexi… filwaqt li omm Navalny ġiet infurmata li hu miet b’attakk tal-qalb.

S’issa, il-President Putin għadu ma kkummentax dwar il-mewt ta’ Navalny.