Folol ta’ dimostranti li huma rabjati għall-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu ħarġu fit-toroq ta’ Tel Aviv biex jinsistu għal elezzjonijiet ġodda f’Iżrael.
U għalkemm il-protesti kontra Netanyahu f’Iżrael kienu naqsu mill-bidu tal-gwerra f’Gaza, il-Prim Ministru xorta kompla jitlef il-popolarità fost dawn il-jiem ta’ battalji kontinwi mal-Ħamas.
Fl-2023, f’Iżrael, kienu saru diversi protesti tal-massa mill-Iżraeljani li insistew għar-riżenja ta’ Netanyahu – u fejn, fuq kollox, esprimew l-oppożizzjoni għar-riformi ġudizzjarji kontroversjali.
Fl-istess ħin, Netanyahu jinsab taħt pressjoni kbira minħabba s-sitwazzjoni tal-għexieren tal-ostaġġi li t-terroristi tal-Ħamas kienu ħatfu minn Iżrael fis-7 ta’ Ottubru.
//= $special ?>