Lokali

Jiżdiedu s-suspetti li l-Kasco kien involut f’aktar korruzzjoni

Impaqt Ltd, kumpanija li minn wara l-kwinti kienet qed tiġi xprunata mill-id il-leminija ta’ Joseph Muscat Keith Schembri ingħatat €400,000 minn flus il-poplu f’kuntratti tal-Gvern mingħand l-eks Ministru Konrad Mizzi, meta kien imexxi l-Ministeru tas-Saħħa. Dan hekk kif kollox qed jindika li l-Gvern beda jagħti l-flus lil din il-kumpanija tlett ġimgħat biss wara li din ġiet irreġistrata lura f’Mejju tal-2014, xahar wara li Mizzi laħaq Ministru tas-Saħħa – bis-suspetti ta’ korruzzjoni jiżdiedu ġmielhom.

Dan żvelatu l-gazzetta Sunday Times of Malta fejn ġie spjegat li sena wara…. Impaqt Ltd ħalset €193,000 lil żewġ kumpaniji li sidhom ma huwa ħadd ħlief Keith Schembri….dak iż-żmien Chief of Staff tal-Prim Ministru…..bis-suspetti jkunu li dawn kienu allegatament kickbacks.

Allegazzjonijiet oħrajn ma’ lista twila ta’ akkużi li qed jaffaċċja Schembri b’rabta ma’ korruzzjoni waqt li kien qed imexxi Kastilja taħt Joseph Muscat.

Il-gazzetta kompliet tirrapporta li l-Pulizija ilhom jafu b’din l-allegata skema sa minn Marzu tal-2021…wara inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-imperu ta’ Schembri.

Intqal li Impaqt kompliet titħallas xorta waħda anke wara li Mizzi tneħħa minn Ministru għas-Saħħa wara li faqqgħet il-kwistjoni tal-Panama Papers; minkejja li l-kuntratti kienu naqsu.

Sal-aħħar tal-2019…din il-kumpanija ngħatat €270,000 taħt it-tmexxija ta’ Chris Fearne, biex b’hekk b’kollox Impaqt Ltd f’5 snin ingħatat €670,000 f’kuntratti mal-Gvern.

Dokumenti investigati mit-Times urew kif minkejja Schembri ma jidhirx b’mod ċar li għandu xi sehem fil-kumpanija…. huwa car li hu kellu x’jaqsam sew magħha. Dan hekk kif il-kapital tal-bidu biex twaqfet Impaqt tħallas minn Kasco Engineeringf’April 2014, meta Konrad Mizzi laħaq Ministru tas-Saħħa.

Jidher ukoll li l-Financial Controller tal-kumpanija Kasco kellu aċċess dirett għal kont tal-bank ta’ Impaqt.

Sal-2015 Impaqt kienet tħalset €400,000 fuq 10 kuntratti tal-Gvern…fl-istess sena, kumpaniji ta’ Keith Schembri bdew jitħallsu bi skuża ta’ ħlas ta’ self….liema self inizjali qatt ma kien instab mill-esperti finanzjarji.

L-ewwel ħlas lejn Kasco Engineering wasal wara li Impaqt ingħatat kuntratt ta’ konsulenza….li jlaħħaq madwar €234,000.

Kien hemm ukoll pagamenti suspettużi ta’ madwar €100,000 li ngħataw għal għamara tal-uffiċċju….lil kumpanija tal-interior design 3City Designs…li sidha huma Keith Schembri u martu. Dawn kienu 8 pagamenti f’temp ta’ sena; ta’ €20,000, segwiti minn pagamenti ta’ €5,000, €10,000, €5,000, €30,000, €10,000, €10,000…u €10,000 oħra.

Din il-kumpanija kienet akkużata b’ħasil ta’ flus lura f’Settembru tal-2021.

Ironikament il-kumpanija Impaqt kienet topera mill-istess binja fejn kienet topera NEXIA BT…l-istess kumpanija li Konrad Mizzi u Keith Schembri użaw biex fetħu l-kumpaniji sigrieti fil-Panama.

Times of Malta kelmu lill-Ministru Chris Fearne illi minn naha tieghu insista li ma kien jaf b’ebda prassi ħażina fil-konfront tal-kumpanija Impaqt – u li kieku kien konxju b’dak li kien qed jingħad kien jirrapporta minnufih lill-Pulizija.

Din mhux l-ewwel darba li l-kumpanija Impaqt Ltd spiċċat fl-aħbarijiet hekk kif lura fl-2014…fil-bidu tagħha – kienet dak iż-żmien ix-Shadow Minister għas-Saħħa Claudette Buttigieg illi talbet spjegazzjoni tal-irwol ta’ sid il-kumpanija Alan Comerford….liema tweġiba ta’ Konrad Mizzi kienet li dan kien qed jipprovdi konsulenzi lill-Ministeru.

U wara dan kollu…mill-2020 sal-2022…Alan Comerford innifsu serva bħala project manager mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi…b’paga ta’ €35,000 fis-sena….apparti xi perks u allowances oħrajn.

Konrad Mizzi minn naħa tiegħu ddeskriva dawn l-allegazzjonijiet bħala assurdi.

Filwaqt illi Keith Schembri naqas milli jwieġeb.