Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara inċident bil-mutur f’Ta’ Kerċem f’Għawdex

Il-Ħadd għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Għabdun, Ta’ Kerċem, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Benelli misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti Ta’ Kerċem u Peugeot Partner misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti ż-Żejtun.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.