Futbol Sport

Rebħa meritata għal-leaders Ħamrun Spartans kontra Sirens

(Ritratt: Joseph Galea)

Andrè Muscat

ĦAMRUN SPARTANS………. 2

SIRENS…………………………….. 0

Ħamrun Spartans: H. Bonello, S. Borg, L. Montebello, R. Prsa (J. Mbong 68’), E. Freitas (O. Bjelicic 83’), R. Yulian (C. Rutjens 83’), C. Corbolan, S. Paintsil (G. Vella 90+1’), E. Marcelina, R. Camenzuli (N. Krstic 68’), R. Jonny

Sirens: A. Cassar, D. Murillo, P. Boakye, H. Gomda, N. Pulis, A. Harrison (I. Ognjen 87’), G. Carrara (F. Boateng 68’), B. Asare, K. Donsu (M. Hafiz 29’), D. Jackson (C. Agyemang 68’), D, Agius (K. Muscat 87’)

Imwissija: D. Jackson 43’ (S), N. Pulis 44’ (S), H. Bonello 45+2’ (Ħ), A. Harrison 45+2’ (S), P. Boakye 58’ (S), H. Gomda 67’ (S)

Skorjaw: R. Jonny 3’ (Ħ), L. Montebello 40’ (Ħ)

Referee: Ezekiel Barbara

Assistenti Referees: Luke Portelli u Kurt Saliba

BOV Plejer tal-Logħba: Jonny Robert (Ħ)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Jonny Robert (Ħ)

Ħamrun Spartans għelbu lil Sirens b’żewġ gowls fl-ewwel taqsima fis-Centenary Stadium, bl-Ispartans jokkupaw l-ewwel post fil-klassifika b’total ta’ 44 punt b’17-il punt.

Ħamrun fetħu l-iskor fl-ewwel azzjoni tal-partita wara biss 3 minuti permezz Jonny li rċieva l-ballun mill-kross ta’ Luke Montebello u għeleb lil Cassar bir-ras.

Ħamrun viċin li jirduppjaw fid-19-il minuta, minn kontrattakk ta’ Jonny, bil-Brażiljan jitfa’ kross lejn Nenov, bil-Bulgaru jara’ t-tentattiv tiegħu imdawwar f’korner mill-goalkeeper Cassar.

Fil-25 minuta Ħamrun jolqtu l-lasta, meta għal darb’oħra Jonny perikoluż mill-lemin jixħet kross lejn Luke Montebello, b’dan tal-aħħar jara’ x-xutt tiegħu jaħbat mal-wieqfa bil-ballun jispiċċa f’idejn Cassar.

Żewġ minuti wara l-Ispartans jerġgħu jolqtu l-lasta l-wieqfa, din id-darba ikun Paintsil li bir-ras jara’ l-ballun jistampa mal-lasta wieqfa.

B’korner fl-40 minuta l-Ispartans jirduppjaw, kien Roko Prsa li mill-korner tefa’ lejn Steve Borg li bir-ras jniżel il-ballun lejn Luke Montebello, bl-aqwa skorer tal-kampjonat s’issa jkompli l-ballun ġewwa bla ebda diffikultà.

Mat-tisfira tar-referee Ezekiel Barbara għal tmiem l-ewwel taqsima, meritatament Ħamrun Spartans jidħlu jistrieħu b’vantaġġ doppju.

Tasal l-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima fit-48 minuta, ħarba ta’ Jonny minn fuq ix-xellug jixħet kross fil-baxx lejn Rumenov Nenov, bil-Bulgariż jara’ t-tentattiv tiegħu mdawwar f’korner mid-diffensur ta’ Sirens Boakye.

Fit-tieni taqsima assistejna għal taqsima nieqsa mill-azzjonijiet, bil-Ħamruniżi jibqgħu superjuri fil-grawnd u mat-tisfira finali ta’ Ezekiel Barbara, l-Ispartans baqaw iżommu l-ewwel pożizzjoni tagħhom fil-klassifika tal-kampjonat premier b’44 punt. Filwaqt Sirens b’din it-telfa komplew juru lid-destinazzjoni tagħhom għall-istaġun li ġej se tkun fic-Challange League.